Id-Demokratiċi Amerikani fetħu inkjesta formali kontra l-President Amerikan, Donald Trump, dwar allegazzjonijiet li hu fittex għal għajnuna mingħand persuni barranin sabiex jitkixxef fuq wieħed mill-avversarji politiċi tiegħu, l-eks Viċi-President Amerikan, Joe Biden. Biden huwa kandidat prospettiv Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali li se ssir is-sena d-dieħla.
Trump qed jiġi akkużat mid-Demokratiċi illi hu hedded li juża forzi militari biex iġġiegħel lill-Ukrajna tinvestiga allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fil-konfront ta’ Joe Biden u ibnu, Hunter.
Dawn l-allegazzjonijiet qed isiru wara li whistleblower ressaq ilment formali dwar telefonata li l-President Amerikan kellu mal-President Ukren, Volodymyr Zelensky.
Trump ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u qal li m’huma xejn ħlief tfigħ ta’ tajn fil-konfront tiegħu. Minkejja li l-Demokratiċi għandhom support qawwi biex jipproċedu bl-inkjesta, se tkun diffiċli biex tgħaddi mis-Senat Amerikan li huwa kkontrollat mir-Repubblikani, l-istess partit ta’ Trump.