Il-politikant Demokratiku Al Green, waqt li kien qed jindirizza l-Kamra tar-Rappreżentanti l-Erbgħa, akkuża lil Donald Trump li qed jimmilita biex inaddaf lil Gaża mill-gruppi etniċi.
Huwa qal li d-dikjarazzjoni ta’ Trump f’dan ir-rigward mhiex ċajta hekk kif bħala President tal-Istati Uniti huwa meqjus bħala l-aktar persuna potenti fid-dinja u għalhekk għandu l-poter li jattwa dak li jgħid. Żied li t-tindif etniku f’Gaża mhux ċajta u li l-Prim Ministru ta’ Iżrael missu jistħi.
Green ikkwota wkoll lil Martin Luther King Jr., meta kien qal li l-inġustizzja x’imkien hija theddida għall-ġustizzja kullimkien.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/06131852/WhatsApp-Image-2025-02-06-at-1.13.46-PM.jpeg)
Hawnhekk huwa ddikjara li l-moviment għall-impeachment tal-President kien beda u qal li kien se jressaq artikli ta’ impeachment kontra Trump għall-atti qarrieqa proposti u atti qarrieqa li diġà wettaq.
Matul l-ewwel mandat ta’ Trump kienu saru diversi tentattivi ta’ impeachment li fallew u tnejn li kienu suċċess.
L-ewwel akkuża kontrih kienet li instiga indħil mill-Ukrajna fl-elezzjoni tal-2020 u li ostakola l-investigazzjoni sussegwenti tal-impeachment u t-tieni waħda dik ta’ inċitament għall-irvellijiet ta’ Capitol Hill fis-6 ta’ Jannar 2021.
Fiż-żewġ każijiet huwa kien meħlus mill-akkużi mis-Senat.