Id-Demokratiċi Amerikani qed jitolbu biex l-eks President Donald Trump jinżamm responsabbli tal-irvellijiet imdemmija f’Capitol Hill f’Jannar li għadda, għaliex jekk le, l-istorja kapaċi tirrepeti ruħha.
Fl-aħħar smigħ tal-każ kontra Trump, il-Prosekuturi argumentaw ukoll li dawn l-irvellijiet ħallew impatt negattiv fit-tul fuq is-soċjetà.
Hawnhekk, id-Demokratiċi wrew ukoll xi kliem intuża minn Trump u anke segwaċi tiegħu, li huma qed jallegaw li ġew instigati minn Trump stess biex iwettqu l-vjolenza.
Aktar tard illum, id-Difiża fil-każ mistennija tippreżenta l-argumenti tagħha.