L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikana Nancy Pelosi ikkonfermat pjanjiet fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż biex il-President Donald Trump jitneħħa mill-kariga qabel ma jibda l-proċess ta’ impeachment.
B’hekk, ikun jista’ jittieħed vot mill-Kamra tar-Rappreżentati stess li jorbot lill-Viċi President Mike Pence bit-tneħħija ta’ Trump.
Jekk dan ma jseħħx hemm pjanijiet mill-kamp Demkratiku biex jitressqu akkużi ġodda fil-konfrot ta’ Trump dwar l-allegat involviment tiegħu fi protesti vjolenti f’Capitol Hill fl-aħħar jiem.
L-ewwel vot mistenni kapaċi jittieħed anke llum.