Il-varjanti tad-Delta u l-Omicron huma r-raġuni ewlenija wara t-tsunami ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19.
Dan kien kliem il-kap tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fid-dawl tar-rekord ta’ infezzjonijiet li qed jiġu reġistrati fl-Istati Uniti u pajjiżi Ewropej.
Għat-tieni jum infila, Franza rreġistrat l-akbar ammont ta’ każijiet fl-Ewropa bil-figura ta’ 208,000 każ ġdid.
Dan filwaqt li l-Istati Uniti rrapportat medja ta’ aktar minn 260,000 każ kuljum matul din l-aħħar ġimgħa.
Id-Danimarka, il-Portugall, ir-Renju u l-Awstralja kienu wkoll fost dawk li rreġistraw numri rekord ta’ infezzjonijiet ġodda.