Id-delizzju tal-għadds huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar riskjużi, kemm minħabba il-kundizzjonijiet ta’ taħt il-baħar kif ukoll dawk ta’ wiċċ il-baħar.
Suġġett li kien diskuss f’One News Breakfast bejn l-għaddas Silvio Grixti u l-uffiċjal minn Transport Malta Patrick Pollaco.
Ħareġ biċ-ċar u importani li r-regoli għandhom jiġu osservati kemm mill-għaddassa kif ukoll minn dawk li jsuq xi qoxra tal-baħar.
Is-sinjali tal-għaddassa, id-distanza ta’ kemm id-dgħajjes jgħaddu bogħod mix-xatt lkoll tqiesu bħala fatturi kruċjali li għandhom jiġu mħarrsa bil-għan li ma jkunx hemm fatalitajiet.
Fil-programm kien diskuss ukoll il-każ t’għaddass li tilef il-pala ta’siequ wara li ntlaqat minn dgħajsa.
Segwu l-filmat hawn taħt.