Il-Ministru Edward Scicluna jixtieq jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-attendenzi numerużi tad-delegati fil-laqgħat li kellu tul din il-kampanja.
Jixtieq jirringrazzja lid-delegati li pparteċipaw b’ interess u attenzjoni għal dak li ġie preżentat, kif ukoll għas-suġġerimenti utli li ressqu.
L-idea tal-Ministru Scicluna li tiġi ntrodotta s-sistema ta’ ‘Green Week’ biex permezz tagħha Ministri u Segretarji Parlamentari flimkien mal-Membri Parlamentari b’ mod strutturat u regolari jitkellmu mal-kumitati, delegati u kostitwenti, intlaqgħet tajjeb ħafna.
Il-Ministru Scicluna wiegħed li se jara li din l-idea timmaterjalizza fi żmien qasir.