Id-dekasteri tal-fondi Ewropej, l-ugwaljanza, ir-riformi u d-djalogu soċjali se jsiru parti mir-responsabilitajiet tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru llum waranofsinhar.
Dan iċ-ċaqliq seħħ wara r-riżenja ta’ Chris Fearne minn Deputat Prim Ministru u Ministru nhar il-Ġimgħa li għadda.
Fl-istqarrija ngħad kif is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg, se jibqa’ jkollhom l-istess responsabbiltajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.