Sal-aħħar tas-sena li għaddiet id-dejn tal-Gvern naqas b’xejn anqas minn ħamsa u tmenin miljun u tmien mitt elf elf ewro.
Biex issa, b’kollox id-dejn tal-Gvern niżel għal ftit aktar minn ħamsin fil-mija tal-prodott domestiku gross.
Fis-sena elfejn u erbatax id-dejn tal-Gvern kien jammonta għal ftit anqas minn erba’ u sittin fil-mija tal-prodott gross domestiku madankollu din ir-rata baqgħet dejjem tonqos sabiex sal-aħħar tas-sena l-oħra dan ammonta għal-ftit aktar minn ħamsin fil-mija li jindika tnaqqis ta’ aktar minn tlettax fil-mija.
2014 – 63.8% tal-GDP
2015 – 58.7% tal-GDP
2016 – 56.2% tal-GDP
2017 – 50.2% tal-GDP
L-istatisika tal-NSO turi wkoll li t-tnaqqis fid-dejn bil-valur tas-suq kien jammonta għal aktar minn mitejn u tlieta u ħamsin miljun ewro.
Kważi d-dejn kollu tal-Gvern huwa fil-kambjali tal-Ewro hekk kif huma biss mitt elf ewro mid-dejn totali li huwa ġej mid-Dollaru Kanadiż.
Matul is-sena elfejn u erbatax il-garanziji mill-Gvern naqqsu bi tliet mija u tletin miljun ewro. Biex issa dawn il-garanziji, saru jammontaw għal-disa punt sitta fil-mija tal-prodott gross domestiku, tnaqqis ta’ kważi sitta fil-mija meta mqabbel mas-snin ta’ qabel.