Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel tmien xhur tas-sena d-dejn tal-Gvern naqas b’aktar minn €209.3 miljun meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri juru wkoll li bejn Jannar u Awwissu li għadda, il-fond konsolidat tal-Gvern irreġistra defiċit ta’ madwar €3miljun.Imqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet, id-dħul tal-Gvern fl-ewwel tmien xhur żdied b’aktar minn mija u sittin miljun ewro waqt li n-nefqa tal-Gvern żdiedet bi kważi €195 miljun ewro. Dan wassal għal bidla negattiva fil-finanzi tal-Gvern ta’ ftit aktar minn €34 miljun.
Iċ-ċifri juru wkoll li dħul tal-Gvern fl-ewwel tmien xhur tas-sena kien ta’ ftit anqas minn €2744miljun waqt li nefqa qabżet l-€2583 miljun.
Iż-żieda fin-nefqa tal-Gvern kienet b’riżultat ta’ bosta inizijattivi li ħa l-Gvern fosthom żieda ta’ €22 miljun f’benefiċċji soċjali u €17-il miljun fl-iskejjel tal-Knisja. In-nefqa kapitali żdiedet ukoll b’aktar minn €26miljun su telgħet għal kważi €213-il miljun. Fost oħrajn ġiet irreġistrat nefqa akbar fuq bini ta’ toroq ġodda.
Iċ-ċifri juru wkoll li l-interessi fuq id-dejn naqsu b’aktar minn €5miljun meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.