Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena id-dejn tal-Gvern naqas bi kważi mitejn miljun ewro meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
L-istatistika tal-NSO dwar il-finanzi pubbliċi turi li bejn Jannar u Marzu li għadda, il-fond konsolidat irreġistra defiċit ta’ sitta u għoxrin miljun meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena li għaddiet.
Matul dan il-perjodu, id-dħul tal-Gvern kien ta’ aktar minn biljun ewro, jew żieda ta’ aktar minn sitta u tletin miljun. In-nefqa tal-Gvern kienet fl-istess ilma tad-dħul, madankollu din irreġistrat żieda ta’ ftit aktar minn mitt miljun ewro.
Fost l-aktar żidiet fin-nefqa tal-Gvern kien hemm aktar minn tnejn u tletin miljun ewro f’kumpens lill-ħaddiema u kważi sbatax-il miljun f’benefiċċji soċjali.