Fl-ewwel erbgħa xhur ta-ssena, id-dejn tal-Gvern naqas b’aktar minn mitejn u tletin miljun meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika juru li mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet id-dħul tal-Gvern żdied b’aktar minn tmien miljun ewro waqt li n-nefqa tal-Gvern żdiedet b’aktar minn mija u ħamsa u għoxrin miljun ewro.
Fl-istess perjodu ġiet irreġistrata żieda ta’ aktar minn ħmistax-il miljun ewro fin-nefqa kapitali li issa telgħet għal tlieta u disgħin miljun ewro.
Iċ-ċifri juru li t-tnaqqis fid-dejn kien riżultat ta’ tnaqqis fl-iskokks tal-Gvern u ta’ self barrani li bejniethom naqsu aktar minn erbgħa milja u tmienja u għoxrin miljun ewro.