Id-dejn f’pajjiżna huwa n-nofs tal-medja taż-żona ewro u fl-aħħar xhur kompla nieżel.
Statistika tal-EUROSTAT tinnota li fl-aħħar tliet xhur tas-sena l-oħra, l-medja taż-żona ewro kienet li d-dejn ilaħħaq l-84.1% tal-prodott domestiku gross.
Dan filwaqt li d-dejn f’Malta kien 43.1% tal-prodott domestiku gross.
Tul is-sena l-oħra, pajjiżna kompla jnaqqas l-għafsa tad-dejn hekk kif fit-tielet kwart tas-sena kien jgħodd 43.4% tal-prodott domestiku gross.
Saħansitra t-tnaqqis fuq il-piż tad-dejn laħħaq iż-żewġ perċentwali u nofs meta dan jitqabbel mal-aħħar tliet xhur tas-sena 2018.
Il-medja tad-dejn fost is-27 stat membru kien 77.8% tal-prodott domestiku gross.
Dan ukoll ifisser ferm ogħla minn dak irreġistrat f’Malta.
Il-EUROSTAT innota li l-piż tad-dejn naqas f’diversi pajjiżi.
Pajjiżi bħal Ġermanja, l-Olanda u l-Awstrija kellhom piż tad-dejn ferm ogħla minn Malta.
Fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet, il-Greċja kellha l-ogħla rata tad-dejn (176.6% tal-PDG) segwita mill-Italja (134.8% tal-PDG).