Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, jiġifieri bejn Jannar u Marzu li għadda, id-dejn ta’ pajjiżna kien ta’ ftit aktar minn ħamsin fil-mija meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross, skont l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Meqjusin iċ-ċirkostanzi bi sfidi internazzjonali, li wasslu għal żidiet kbar fin-nefqa nazzjonali, inkluż fil-protezzjoni u l-għajnuna lill-poplu waqt il-pandemija u l-kriżi tal-enerġija, fost l-oħrajn, u l-livelli fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, ir-rata ta’ pajjiżna hi waħda mill-inqas.
Fil-fatt, il-Eurostat qal li r-rata ta’ Malta bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross hi ferm inqas minn dik medja fiż-Żona Ewro, li kważi tlaħħaq id-disgħa u tmenin fil-mija.
Ir-rata tad-dejn ta’ pajjiżna skont il-PDG hi wkoll inqas mit-threshold ta’ sittin fil-mija, skont il-kriteriji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.
Miċ-ċifri tal-Eurostat joħroġ li r-rata ta’ pajjiżna hi ferm inqas minn ta’ pajjiżi ferm akbar minnha. Dan hekk kif, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, Franza kellha rata ta’ kważi mija u ħdax fil-mija, waqt li l-Ġermanja kellha rata ta’ aktar minn tlieta u sittin fil-mija.
Mill-elfejn u tlettax, id-dejn nazzjonali naqsas bi tmintax fil-mija. Fil-fatt, qabel il-bidla fil-Gvern ħdax-il sena ilu, id-dejn kien ta’ aktar minn tmienja u sittin fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.
Dan filwaqt li fl-2011, taħt Gvern Nazzjonalista ta’ GonziPN, id-dejn kien ta’ ftit aktar minn sebgħin fil-mija.