Id-deheb li nstab fid-dar tal-koppja ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski huwa stmat li jiswa mija u sitt elef ewro.
Dan skont espert imqabbad mill-Qorti fosthom ġiżirana li tiswa fuq it-tlett elef ewro u ċurket li l-valur tiegħu jammonta għall-elf u sitt mitt ewro.
Intant fil-Qorti, l-Avukat Joe Brincat, li qed jirrappreżenta lil Viktor Dragomanski, wieħed mill-akkużati, talab ghat-tnaqqis fl-akkużi miġjuba kontra l-klijent tiegħu.
Dan fil-dawl ta’ evidenza ġdida li ntqal li turi li Dragomanski kien biss il-persuna li saq il-karozza li ntużat fil-ħarba mis-serqa u li ma kienx fid-dar fejn inqatlu ż-żewġ persuni.
Intqal li dan skont filmati elevati minn kameras tas-sigurtà u minn marki tas-swaba’.