Matul din l-aħħar sena, id-deforestazzjoni fil-foresta tal-Amażonja fil-Brażil żdiedet bi 22%.
Dan ħareġ minn rapport uffiċjali tal-Gvern Brażiljan u ntqal kif dawn huma l-agħar livelli milħuqa fl-aħħar 15-il sena.
Matul il-konferenza tal-COP26, fejn fiha ġie diskuss it-tibdil fil-klima, il-Brażil kien fost numru ta’ pajjiżi li wiegħdu li jwaqqfu d-deforestazzjoni sal-2030.
Skont dan ir-rapport ħareġ kif matul l-aħħar sena d-deforestazzjoni ħadet art daqs il-belt ta’ New York għal sbatax-il darba.