Intant b’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar is-sħubija ma’ Steward Healthcare, il-Gvern tenna mill-ġdid il-kummenti li ta l-Prim Ministru Robert Abela ftit tal-jiem ilu, li d-deċiżjonijiet se jittieħdu dejjem fl-aħjar interess nazzjonali.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li hi prijorità fil-qasam tas-saħħa li pajjiżna jkollu l-iktar faċilitajiet moderni fl-ispartijiet San Luqa, Karin Grech u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, wara li dawn tħallew abbandunati minn amministrazzjoni preċedenti qabel l-2013.
Il-gvern sostna li se jieħu dawk il-passi kollha neċessarji biex is-settur tas-saħħa jimxi ’l quddiem kif jixraq lil pajjiżna.