Id-deċiżjonijiet li se jittieħdu mill-Unjoni Ewropea se jiddeterminaw l-Ewropa tal-lum u tal-ġejjieni.
Dan intqal mill-Prim Ministru Robert Abela, f’kumment mal-midja qabel is-Summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, li qed isir fi Brussell.
Dr Abela qal li l-pożizzjoni tan-newtralità ta’ pajjiżna huwa uniku u dan mhux negozzjabbli biex jinbidel. Il-Prim Ministru Abela tenna li Malta se tkun minn ta’ quddiem waqt dan is-Summit sabiex tippromwovi l-paċi.
Fil-kumment tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta mhux se parteċipi fl-investiment fl-armamenti. Dr Abela qal li hu ma jemminx li aktar investiment fl-armamenti se jwassal biex titwaqqaf il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Sostna li l-paċi hi l-unika soluzzjoni.