Alleati tal-Kurdi fis-Sirja qalu li d-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump biex ineħħi truppi Amerikani mis-Sirja se tħeġġeġ lill-Istat Iżlamiku biex jinbet mill-ġdid.
Stqarrija mid-Forzi Demokratiċi Sirjana qalet li d-deċiżjoni tal-President Trump se tħalli lilhom u lil militanti Għarab li huma alleati tal-Istati Uniti f’pożizzjoni prekarja ferm minħabba l-possibbiltà li l-IS jerġa’ jikseb il-poter.
Il-President Trump ħabbar li l-Istat Iżlamiku ‘inqered’ tard l-Erbgħa filgħaxija, u li madwar 2,000 suldat Amerikan stazzjonati fit-Tramuntana tas-Sirja mistennija jintbagħtu lura l-Amerika.