Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali Laburista Louis Gatt indirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru Owen Bonnici u d-deputat Laburista Michael Falzon.
Gatt qal li ilu f’diskussjonijiet mal-kummissjoni Elettorali dwar il-mod kif isir id-dokument tal-vot. Ilhom xhur għaddejjin u jiddiskutu l-aħjar mod kif isir vot adattat għaż-żminijiet ta’ llum.
Fakkar li l-Kummissjoni Elettorali magħmula minn disa’ persuni, inkluż rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista. Id-deċiżjoni dwar id-dokumenti ġodda inħareġet bi qbil unanimu.
Gatt spjega li d-dokument tal-vot fih sigurtà garantita minn min jipproduċi d-dokument tal-vot, jiġifieri kumpanija internazzjonali li tispeċjalizza f’dokumenti ta’ dan it-tip. Id-delegati tal-Partit Nazzjonalista dejjem kienu informati u ddiskutew il-proċess kollu mal-Kummissjoni Elettorali. Għalhekk issa huwa insensat li jsir attakk feroċi minn Beppe Fenech Adami fuq id-dokument tal-vot.
Gatt spjega li fil-proċess ta’ votazzjoni, ic-chairperson jara li d-dokument tal-vot jaqbel mal-votant li għandu quddiemu, u jara li dak il-vot huwa eżatt l-istampa li qed jara fil-booklet tal-list of persons entitle to vote. Wieħed jaċċerta ruħu li l-votant li għandu quddiemu hija l-istess persuna. Jekk persuna tmiss dokument tal-vot, tikokmmetti reat u tista’ teħel sentenza ta’ ħabs. Barra minn hekk, kopja tal-list of persons entitled to vote, tkun għand l-Assistant Electoral Commissioners tal-Partit. Dawn ikollhom ikollhom kopja ta’ dan il-ktejjeb.
Michael Falzon qal li ma kienx hemm biex ikun l-avukat tal-Kummissjoni Elettorali imma tal-istutuzzjonijiet ta’ pajjiżna, li l-PN lest li jimmina u akkost ta’ kollox joħroġ b’attakki insensati. Qatt ma kien jgħaddi minn moħħ il-PL joħroġ jattakka Kummissjoni li fiha hemm żewġ delegati li qablu ma dak li ġara, qal Falzon.
Il-Ministru Owen Bonnici fakkar li dan huwa t-tieni attentat ta’ dan it-tip ta’ Beppe Fenech Adami, bl-ewwel wieħed kien meta qal li kien hemm xi kriżi fl-ID cards. Id-delegati stess tal-Partit Nazzjonaista qed jgħidu ‘le’ lil min jipprova jiddistabilixxi s-sistema li biha qed taħdem il-Kummissjoni Elettorali, qal Bonnici. Temm jgħid li ħadd m’għandu dirtt jiddistabilizza l-proċess elettorali, speċjalment meta Beppe Fenech Adami jaf li kien qed jigdeb.