Id-deċiżjoni aħħarija dwar il-ħatriet ta’ kandidati għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri tittieħed mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.
Il-Parlament Ewropew għamel dan ċar kristall fi stqarrija li fiha kkomunika d-deċiżjoni tiegħu dwar in-nomina ta’ Leo Brincat bħala membru tal-Qorti tal-Awdituri, f’vot meħud fis-sessjoni plenarja.
Fl-istess stqarrija l-Parlament għaraf li Brincat kien ġie approvat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Minkejja li huwa stat ta’ fatt li l-Kunsill jiddeċiedi l-aħħar, il-Kap tal-Oppożizzjoni u ċertu mezzi tax-xandir qed jużaw kliem bħal “ploughing ahead”, b’referenza għal dan il-pass.