Norman Darmanin Demajo kkonferma dak li fil-kurituri tal-futbol Malti ilu jintqal; li se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni għall-President tal-Malta Football Association. Darmanin Demajo ħabbar dan fil-kunsill ġenerali tal-MFA.
“Kultant jiġu ġranet li ngħid li għandi nieqaf hawn, u kultant jiġu ġranet li ngħid li għandi nkompli biex inlestu l-proġetti li flimkien bdejna. Ħaġa hi żgur; li jekk niġi elett, se jkunu l-aħħar tliet snin tiegħu bħala President tal-MFA,” Darmanin Demajo kien ikkwotat jgħid mis-sit elettroniku tal-MFA. Darmanin Demajo qal li anke jekk ma jkunx ikkontestat se jitlob vot ta’ fiduċja.
Ritratt: MFA