Il-Prim Ministru tkellem dwar it-traffiku bħala punt ta’ tħassib. Hawn qal li l-oppożizzjoni trid il-mertu tas-suċċess iżda mhux tort tal-fallimenti.
Qal li s-suċċess ekonomiku għandu prezz, u bħalissa qed ikun hawn żieda ta’ 38 karozza ġdid fit-toroq kuljum… 13,870 karozzi aktar fis-sena. Jekk dawn tqegħdom wara xulxin tmla t-triq kollha mill-Mellieha għal Birzebbugia għal darbtejn… daqs bejn Malta u Sqallija.
Pero fl-istess ħin hawn 22,000 aktar nies jaħdmu, 5,000 aktar nisa jaħdmu, eluf ta’ studenti joħorgu jistudjaw, 31,000 barranin jaħdmu u 250,000 turist f’ xahar wieħed. B’mod loġiku l-Prim Ministru spjega li jekk ma jkunx hawn xogħol, jekk ma jkunx hawn nies jaħdmu u jekk ma jkunx hawn turisti, ma jkunx hawn traffiku.
Defiċit infrastrutturali
Il-Prim Minsitru qal li l-infrastruttura tal-pajjiz mhux imħejjija għall-ġid ekonomiku. Il-bankini huma enormi, il-karreġjati dojoq u x-xogħlijiet idumu. Dan il-Gvern ħa miżuri bħall-introduzzjoni ta’ tidal lans, alternattiva għal baċir numru sebgħa, u qed jiżviluppa l-Kappara u l-Marsa.
L-għazla qabel kienet li ma jsirx xogħol biex in-nies ma jgergrux, spjega Muscat, u .issa qed ngħidu ma naffordjawx nistennew aktar bħala pajjiż.
Huwa faċli ma jkunx hawn traffiku – jgħolew il-liċenzji, kif għamlet l-Oppożizzjoni fil-Gvern. L-istess bħal ma’ għolla l-petrol, waqqaf ix-xogħolijiet u ried il-parking metres.
B’kuntrast, il-Gvern irid pjan serju, b’underground sejra, mhux b’xi tram li jmixu l-karozza warajh u bil-wires mall-gallariji tan-nies, jew pilastri mal-faċċati. Dan it-tram kienu wiegħduh fl-2009, u ma waslux biex għamluh.
“Id-darba l-oħra qalulna Alice in Wonderland, u waslet. Issa jgħidulna Little Red Riding Hood u tasal ukoll”
Għaliex il-Gvern għandu kredibiltà li jwassal proġetti kbar mhux bħal min lanqas bankina Bormla ma kien kapaċi jlesti, anki jekk mietet mara li waqgħet hemm.
Dan il-Gvern qed iwettaq xogħolijiet billejl, qed joffri trasport b’xejn fl-iskejjel u lill-istudenti u joffri inċentivi lill-kumpaniji għall-użu ta’ trasport pubbliku.
ŻVILUPP
Il-Prim Ministru qal li l-iżvilupp irid ikun bilanċjat u sostenibbli. Qal li kien hemm min qabel u min le dwar l-Università Amerikana fiż-Żonqor. Minflok webbes rasu, il-Gvern naqqas l-art li se tintuża bin-nofs,
Simon Busuttil mimli kontradizzjonijet:
- Qal ODZ is ODZ iżda mbagħad irid ikabbar il-Freeport f’ ODZ,
- Qabeż għal tal-fishfarms meta dan kien l-ewwel Gvern li ħa passi
- Attakka lis-Sindku tal-Gżira u lill-Gvern għaliex ħa passi li hu ma ha qatt fuq Manoel Island
- Faħħar lil Palumbo li qazzez Ċottonera sħiħa bin-nuqqas ta’ rispett lejn residenti.