Id-dar il-ġdida ta’ Puttinu Cares fl-Ingilterra se tissemma għal Dr Victor Calvagna.
Dan intqal f’kitba fuq il-midja soċjali ta’ Puttinu Cares, f’għeluq it-tliet snin mill-mewt ta’ Dr Victor Calvagna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tabib maħbub ħalla din id-dinja fl-4 ta’ Jannar tal-2022. Dan ġimgħa wara li ddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident stradali, meta ttajjar minn vettura waqt li kien qed jiġri biswit l-Akkwarju Nazzjonali fil-Qawra.