Id-Danimarka kellhom imorru lura mid-deċiżjoni li ħadu xahrejn ilu wara li kienu wieħed minn tal-ewwel pajjiż li jqaċċtu għal kollox kull restrizzjoni marbuta mill-Covid-19.
Kienu bosta li dak iż-żmien urew ix-xettiċiżmu tagħhom hekk kif ħassew li jaf kienet deċiżjoni meħuda wisq kmieni u jidher li jaf kellhom raġun.
Dan hekk kif id-Danimarka issa qed terġa’ tintroduċi restrizzjonijiet ġodda, bħal pajjiżi Ewropej oħra, hekk kif qed tara żieda fil-każijiet tal-Covid-19.
Xahrejn ilu d-Danimarka kienet qalet kif it-tneħħija b’mod sħiħ tar-restrizzjonijiet hi waħda maħsuba fejn sostnew kif “din il-marda m’għadiex ta’ theddida kritika għas-soċjetà.”