Frederik l-Għaxra, ġie proklamat ir-Re tad-Danimarka, wara li ommu ir-Reġina Margarethe it-tieni, abdikat mit-tron.
Għexieren ta’ eluf ta’ persuni, inġabru fil-belt ta’ Copenhagen, sabiex isegwu dan l-avveniment storiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Margarethe, li għamlet 52 sena fit-tmun tal-familja Rjali Daniża, ħabbret li se tkun qed iċċedi postha għal binha, f’nhar lejliet l-ewwel tas-sena.
Il-mara ta’ Frederik, Mary Donaldson, li hija Awstraljana, se tieħu l-irwol ta’ Reġina Konsorti.