Dawk kollha li s-Sibt filgħodu daħlu l-Belt għall-qadi ta’ tmiem il-ġimgħa kienu milquha minn grupp ta’ żgħażagħ bi strument li għalkemm dejjem narawh fl-orkestra, ftit nafu dwaru. Dawn kollha kienu żgħażagħ li jaqsmu mħabba għad-Double Bass, tant li għadhom kif temmu ġimgħa ta’ taħriġ intensiv f’dan l-istrument, u ingħataw iċ-ċans li jesibixxu dak li tgħallmu fil-pubbliku.
Min is-Sibt filgħodu daħal il-Belt biex jagħmel il-qadi tas-soltu ltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ idoqqu mużika klassika fid-daħla tal-Kapitali.
Dawn huma żgħażagħ li jiffurmaw parti mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta li għal din il-ġimgħa għaddew minn workshops intensivi fil- kamp tas-sajf tad-Double Bass, strument mużikali li għalkemm mhux daqshekk popolari f’pajjiżna, huwa ingredjent importanti ħafna fl-orkestra u fil-gruppi mużikali.
Gjorgji Cincievski, għalliem ta’ dan l-istrument u li pparteċipa fil-workshops ta’ matul il-ġimgħa, qal li xi ħaġa li apprezza ferm kienet il-preżenza ta’ tfal u żgħażagħ li qatt ma qabdu strument muzikali b’idhom.
Għalkemm it-taħriġ huwa importanti, f’xi ħaġa bħal ma hija l-mużika, li tesibixxi dak li tgħallimt huwa importanti iżjed, kif żied jgħid Cincievski. Staqsejnih kif jiddeskrivi id-Double Bass, li min hu midħla tal-kunċerti żgur jgħarraf il-ħoss partikolari tiegħu, iżda ftit huma dawk li jitħajru jitgħallmuh.