Din is-sena taħbat id-59 edizzjoni ta’ l-MFCC Malta Trade Fair 2016. Fiera fejn wieħed isib firxa kbira ta’ eżebituri, b’offerti speċjali għall-but ta’ kulħadd. Din is-sena l-fiera ssir bejn it-23 ta’ Ġunju u it-3 ta’ Lulju.
L-MFCC se tkun qed tgħati lin-nies kollha li jżuru l-fiera biljett b’xejn ghal Pelagian Islands. Ha jkun qed jitwassal ktieb ġewwa kull dar f’Malta u f’Għawdex fejn wieħed jista’ jsib dan il-biljett. Importanti li eventwalment għandu jigi ittimbrat fl-entratura tal-fiera sabiex wara ikun jista’ jiġi msarraf fl-istand ta’ ROCS Group. Importanti li wieħed jinnota li l-biljetti huma limitati.
Apparti min hekk, L-MFCC ħa tkun qed trebbaħ €1000 cash kuljum għal matul il 11-il ġurnata tal-fiera. Ir-rebbieħa ha jittella’ kuljum fl-10.00pm.
Offerta oħra li ħa tirritorna fl-MFCC hija dik tax-xirja kull gimgħa għal–sena sħiħa offruta minn Gala Supermarket. Rebbieħ fil-ġurnata ha jirbaħ xirja ta’ €50 fil-ġimgħa għal sena sħiħa. Dan iffisser li xi ħadd ha jirbaħ b’€2,600 totali ta’ xirjiet.
Kull min jidħol fl-MFCC Trade Fair ha jingħata biljett b’xejn għal fuq il-Captain Morgan. Għal kull biljett li jinxtara mingħand il-Captain Morgan ħa jingħata biljett ieħor b’xejn.
It-tfal kollha li jidħlu l-fiera qabel it-tmienja ta filghaxija ha jkollhom hot dog b’xejn. L-offerta ta’ Splash and Fun ħa tkun disponibbli lil dawk kollha li jiltaqgħu ma membru mit-team ta’ l-assigurazzjoni. Se jkun hemm iżjed minn 40,000 Splash and Fun Surprise Envelopes, b’mijiet ta’ rigali x’jintrebħu.
Wieħed mil-klijenti ta’ ROCS Group se jirbaħ Renault Kadjar offruta mingħand Kind’s Autosales Limited. Ma kull €50 li wieħed jonfoq mingħand ir-ROCS ha jingħata biljett biċ-ċans li jirbaħ din il-karozza li tiswa €24,500 wara li jirrispondi mistoqsija semplici.
Ma kull booking li jsir fil-fiera, il-klijent jingħata Sunset Cruise fuq il-Fernandes komplut b-ikel tipiku li ssib ġewwa il-Pelagian Islands. Wieħed jista’ jduq dan l-ikel ġewwa l-fiera. Se jkun offerti eċċezzjonali fuq fwejjaħ , fejn 5 fwejjah tal-50ml jinbieghu biss ghal €50 u 6 fwejjah tal-100ml ghal €100.
It-tfal jistgħu juru it-talenti tagħom f’kompetizzjoni tat-tpingija. Din ħa tkun fuq facebook, fejn it-tpingija bl-aktar likes sa nofsilejl ta’ 31 ta’ Lulju ħa tkun ir-rebbieħa ta’ btala ġewwa Disney għall-familja kollha. F’każ ta parità, ir-rebbieħ ha jkun magħzul bil-polza bejn dawk kollha li ġabu l-aktar likes.
Din is-sena se ssir il-“wheel of fortune” b’aktar min €50,000 valur ta’ rigali x’jintrebħu. Aktar informazzjoni tista ‘tinstab fuq www.rocsgrp.com.com jew billi ccemplu fuq 20151515 kif ukoll fuq il-pagna ufficjali tar-ROCS Group fuq facebook.