Fi stqarrija ffirmata mid-deputat Nazzjonalista Chris Said u d-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, li ressqu l-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Adrian Delia, sar tentattiv ieħor biex Adrian Delia jitlaq bil-kwiet.
L-istqarrija li ma ssemmi l-ebda isem flok Delia biex ikun Kap tal-Oppożizzjoni jingħad li l-Partit Nazzjonalista jixraqlu ċ-ċans li jerġa’ jikseb il-fiduċja tan-nies u jsir gvern alternattiv.
L-istqarrija tirrappreżenta lid-dsatax-il deputat li b’vot sigriet sfiduċjaw lil Adrian Delia tgħid li f’dawn l-aħħar xhur inżammu ħafna laqgħat tal-grupp parlamentari f’liema l-grupp ġie indikat t-tħassib tiegħu.
Id-deputati li sfiduċjaw lil Delia qalu li l-vot tal-bieraħ kien għażla diffiċli.
Adrian Delia ripetutament ġie mistieden sabiex ikompli jipparteċipa u jikkontribwixxi fl-Oppożizzjoni f’irwol differenti.
L-istqarrija appellat lil Adrian Delia, sabiex f’dawn iċ-ċirkostanzi mwegħra, iqiegħed lil partit u l-interessi tal-pajjiż l-ewwel.