Aktar minn għoxrin persuna tilfu ħajjithom fiċ-Ċina wara li ċedew numru ta’ binjiet residenzjali. Binjiet li kienu nbnew min-nies tal-villaġġ lura fis-snin sebgħin u li kienu f’kundizzjoni fqira ħafna.
Ħafna mill-vittmi huma immigranti li jikru dawn ir-residenzi biex jgħixu fihom temporanjament. Sitt persuni rnexxielhom joħorġu ħajjin minn taħt it-tifrik, b’waħda minnhom tifla li proteġuha l-iġsma bla ħajja t’ommha u ta’ missierha.