Raġel ta’ 41 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li ċeda bih saqaf ta’ washroom ta’ residenza fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-20.00 f’dar fi Triq Mater Bon Consilli waqt li r-raġel kien qed jagħmel xogħol permezz ta’ jigger fuq is-saqaf ta’ washroom. Kien f’dak il-mument li s-saqaf ċeda u waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Ir-raġel inqabad taħt it-tifrik u ngħata l-assistenza mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jinħareġ minn taħt it-tifrik.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.