Anzjan ta’ 82 sena mix-Xgħajra ndarab gravi meta ċeda saqaf ta’ kamra li telgħa f’dar tal-familja stess fix-Xgħajra.
L-inċident seħħ fi Triq il-Knisja ftit wara s-sagħtejn ta’ waranofsinhar meta skond informazzjoni li għandu one news, l-anzjan telgħa fuq is-saqaf tal-kamra li kien ikkundannat.
Fi ftit tal-ħin fuq il-post tal-inċident waslu għadd ta’ vetturi tat-tifi tan-nar, ambulanza u l-membri tal-protezzjoni ċivili bdew bil-ħidma tagħha biex joħoru lill-anzjan minn taħt it-terrapien fejn kien mirdum minn qaddu ‘l isfel.
L-anzjan ittieħed l-isptar eskortat minn karozza tal-pulizija tar-Rapid Intervention Unit.
Il-Pulizija qed tkompli tistħarreġ il-każ bl-investigazzjoni qed titmexxa mill-Pulizija tad-Distrett.