Raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żurrieq stess kien qiegħed jagħmel xi xogħolijiet f’residenza, għal xi raġuni sfronda s-saqaf bih u waqa’.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tad-9:00 meta l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident fi Sqaq San Kristofru, iż-Żurrieq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ir-raġel ittieħed l- Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.