Fit-Tramuntana tal-Vjetnam ċeda l-Pont Phong Chau kawża tal-maltemp bit-Tifun Yagi, li wkoll rema fix-Xmara l-Ħamra madwar għaxar vetturi u żewġ scooters li kienu fuq il-post. Waqt li tliet persuni ġew salvati, tlettax oħrajn għadhom neqsin.
Fi ftit ijiem, it-tifun qed iħalli devastazzjoni kull fejn jolqot, b’impatt kbir fuq ir-residenti tat-Tramuntana tal-pajjiż, fejn mal-1.5 miljun persuna spiċċaw bla dawl.
S’issa, 44 persuna tilfu ħajjithom kawża tal-maltemp, li wkoll ikkawża għargħar kbir u tiġrif ta’ binjiet, waqt li madwar 240 persuna sofrew ġrieħi gravi.