Madwar 35 persuna tilfu ħajjithom wara li ċeda l-Pont Morandi ftit ‘il barra mill-belt Taljana Genova. Dan ġara għall-ħabta ta’ 12:00 minħabba ħsarat strutturali.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li ebda Maltin m’huma fost il-vittmi.
Numru ta’ vetturi kienu qed jagħmlu użu mill-pont fil-ħin li ċeda, u waqgħu għoli ta’ madwar 100 metru.
Intant, l-Awtoritajiet Maltin qed jaħdmu biex jaraw jekk hemmx rapporti ta’ Maltin involuti.
The embassy of #Malta is actively following the incident of the fallen bridge in #Genoa. Maltese in the area who may require assistance/wish to report known Maltese drivers who may be in the area please contact the embassy’s emergency no +393482412437 @MFAMalta @MaltaGov
— Vanessa Frazier (@VanessaFrazie12) August 14, 2018
#14ago #Genova 12:00, crolla parte del ponte Morandi sulla #A10. Le squadre #vigilidelfuoco stanno operando in massa, attivatinteam usar e cinofili pic.twitter.com/gjSJLvjw1K
— Vigili del Fuoco (@emergenzavvf) August 14, 2018