Ħadd ma ndarab meta ċeda ħajt li jagħti għal ġo residenza fiċ-Ċittadella.Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 meta għal xi raġuni mhix magħrufa, ċeda ħajt li jagħti għal ġo residenza fiċ-Ċittadella.
Fortunatament ħadd ma kien fir-residenza meta seħħ l-inċident u b’hekk ħadd ma ndarab.
Intant dan hu t-tieni każ f’inqas minn 24 siegħa hekk kif ilbieraħ ċedew tliet gallariji f’Wied il-Għajn fejn fortunatament ħadd ma ndarab.