Bħal lum xahrejn, pajjiżna qam għall-aħbar li Patri Mark Montebello, persuna li ta’ spiss isemma leħnu dwar kwistjonijiet soċjali, kien ġie ċċensurat mis-superjuri tiegħu.
Illum, xahrejn wara, jidher li għadu ma nbidel xejn.
Madanakollu, ONE News għamel kuntatt ma’ Patri Mark wara tmien ġimgħat minn mindu ġie ċċensurat, fejn fi kliemu, għadu ma sema “assolutament xejn”, la mingħand is-superjuri tiegħu, u wisq anqas mill-Arċisqof.
Meta mistoqsi fiex waslet is-soluzzjoni li qiegħed jaħdem fuqha l-Arċisqof, Montebello qal li m’għandux idea, iżda jidher li ġejja fit-tul.