Is-suċċessi tal-programm Prince’s Trust International ġew iċċelebrati waqt ċerimonja, liema programm jagħti lill-istudenti bażi soda biex jibnu l-futur tagħhom stess.
Iċ-ċerimonja ċċelebrat l-istudenti u l-edukaturi Achieve, jagħti viżibbiltà lis-suċċessi tal-programm, filwaqt li jippromwovi prattiċi ta’ proġetti innovattivi fl-iskejjel u ċentri li jsaħħu l-impenn tal-istudenti fil-kisba tal-ħiliet tagħhom.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Clifton Grima sostna kif jinsab kburi bit-tim li jmexxi dan il-programm u l-istudenti li jipparteċipaw fih, hekk kif mill-pajjiżi kollha li jipparteċipaw, Malta tinsab fuq quddiem nett fil-kisbiet li twettaq permezz tal-programm.
Spjega kif dan il-programmjagħti l-għarfien meħtieġ biex ikollhom tranżizzjonibla xkiel mill-iskola għal studju avvanzat jew għall-post tax-xogħol.
Ġie nnutat kif il-programm kiber tul is-snin, biex minn proġett pilota li jibbenifikaw minnu 90 student, issa qed jibbenifikaw minnu mal-2,240 student madwar Malta u Għawdex.