Dalgħodu fil-foyer tal-isptar Mater Dei qed tiġi ċċelebrata l-World Heart Day. Għal-din l-attività se jkunu qegħdin isiru diversi testijiet tas-saħħa fosthom tal-pressjoni u taz-zokkor. Wara nofsinhar se tiġi organizza mixja mad-dawra tal-istess sptar.
Tajjeb ta min jinnota li skond statistika maħruġa mil-Għaqda Dinjija tas-Saħħa l-mard relatat tal-qalb jikkawża l-akbar ammont ta’ imwiet minn madwar id-dinja. Għalekk il-Maltese Cardiac Society organiżżat din l-attivita sabiex tinħoloq aktar kuxjenza fuq dan is-suġġett.