“Ġewż, lewż, qastan, tin, kemm inħobbu ‘l San Martin”.
Żgur li lkoll kemm aħna niftakruha din is-silta- mhux twila wisq, iżda minjaf kemm iġġib memorji sbieħ tat-tfulija magħha.
Illum niċċelebraw il-festa tal-qaddis magħruf għal qalb twajba li wera mal-batut, u li miegħu hija marbuta din il-frażi tradizzjonali Maltija- San Martin ta’ Tours, magħruf ukoll bħala l-Qaddis tal-Fqar.
Bħal kull sena fir-raħal tal-Baħrija, li tiegħu San Martin huwa l-patrun, bejn illum u għada se jiġu mtellgħin numru ta’ attivitajiet b’rabta mal-qaddis ta’ qalbu tajba.
Għal aktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku http://www.festa-san-martin-bahrija.com/.