Mużika Maltija, prodotti lokali, logħob u spettaklu għall-familja kollha.
Il-lokalità ta’ Ħal Lija sebħet għal Festa Ċitru bil-bejgħ ta’ larinġ bl-għan aħħari kien li jinġabru flus b’risq ir-restawr tal-knisja parrokkjali.
Kienu bosta li l-Ħadd filgħodu żaru din il-lokalità biex jixtru l-larinġ u fl-istess waqt igawdu ftit ħin jisimgħu mużika Maltija filwaqt li t-tfal jieħdu sehem f’attivitajiet diversi.
Kien għall-ħabta tad-disgħa li ngħata bidu għal din l-attività li baqgħet għaddejja sal-erbgħa ta’ waranofsinhar; bil-jum kien imżewwaq b’xow tal-maġija, tberik tal-annimali u bejgħ ta’ frott, ħaxix, xtieli, għasel, artiġjanat u ħafna aktar.