Il-Ħadd ġiet iċċelebrata edizzjoni oħra ta’ Festa Ċitru, b’din l-edizzjoni tkun l-ewwel waħda taħt il-Presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono.
Din is-sena, Festa Ċitru ġiet iċċelebrata b’differenza u kienet iktar varjata minn qatt qabel, dan għaliex il-Palazz tal-President f’Sant’Anton ħa xejra differenti u nbidel f’atmosfera ideali għal ħarġa għall-familja kollha.
Matul din l-attività nbiegħu l-prodotti taċ-ċitru mill-Palazz tal-President b’risq il-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Tkellimna ma’ diversi voluntiera, li sena wara l-oħra, jagħtu sehemhom f’din l-attività.
Fl-aħħar nett tkellimna mal-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, fejn staqsejniha x’inhuma l-ħsibijiet tagħha dwar din l-attività.
“Kuntenta ħafna bir-rispons, partikolarment għax ilna ġimgħa naraw it-temp, kull ħin, kif se jkun, u jekk hux ġejja xita u jekk hux ħa jkun imsaħħab, veru llum m’hijiex bix-xemx il-ġurnata, imma kuntenta bir-rispons.”
Il-President Myriam Spiteri Debono