Aktar minn 15,000,000 persuna qed tirċievi taħriġ dwar l-ewwel għajnuna kull sena. Is-Soċjetà
Din is-sena it-tema li mxiet fuqha din is-soċjetà kienet dik tal-inċidenti domestiċi. Għalkemm hemm il-perċezzjoni li d-djar huma postijiet siguri statistika turi li 80% tal-inċidenti jiġru fid-djar stess. Fl-Ewropa il-fuq minn 3 miljun ruħ isofru ġrieħi fid-djar b’7,000 minnhom ikunu ġrieħi fatali.
L-iktar inċidenti komuni u jistgħu jkunu evitati jiġu minn xokkijiet elettriċi, ħruq, attakki tal-qalb, waqgħat mil-għoli u persuni li jitilfu sensihom. Fost it-tfal waħda mill-ewwel għaxar kawżi li twassal għal-ġrieħi jew mewt hija meta jgħerqu. Għalkemm dan huwa inċident li jiġri fir-reġjuni kollha tad-dinja, l-aktar reġjun li fih jikkawża mwiet huwa dak tal-punent.
Statistika oħra turi li madwar id-dinja imutu aktar nies f’inċidenti fid-djar milli f’inċidenti tat-traffiku. Is-sena li għaddiet persuni li weġġgħu kawża ta’ inċident fid-dar qattgħu madwar 52.5 miljun ġurnata rikoverati ġo sptar kawża tal-ġrieħi li ġarrbu.
Għal kull persuna li tmut hemm eluf li jsalvaw u huwa għalekk li is-Soċjetajiet tas-Salib l-aħmar baqgħu jisħqu dwar l-importanza tat-taħriġ fl-ewwel għajnuna.