Fl-okkażżjoni tat-58 anniversarju ta’ Malta Indipendenti, saret Quddiesa Pontifikali fil-Kon-Katridral ta’ San Ġwann, bil-kant tat-Te Deum, iċċelebrata mill-Arċisqof il-Monsinjur Charles J. Scicluna.
Għal din il-Quddiesa attenda l-President ta’ Malta Dr George Vella flimkien mas-Sinjura tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici f’isem il-Gvern, il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia flimkien ma’ numru ta’ Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra u mistiedna distinti oħra.
Il-Prim Ministru Robert Abela bħalissa jinsab barra minn Malta fuq impenji tal-Gvern.
Iċ-ċelebrazzjonijiet għal dan il-jum bdew fid-disa’ ta’ filgħodu bil-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f’Misraħ San Ġwann.