Mijiet ta’ eluf ta’ Katalani f’Barcelona immarkaw il-jum nazzjonali tagħhom – “Diada” – bħala appoġġ għal referendum dwar l-indipendenza. It-toroq tal-belt inbidlu f’ammont kbir ta’ bnadar ħomor u sofor, propju tliet ġimgħat qabel il-vot ippjanat, li l-gvern Spanjol qiesu bħala illegali.
Is-sondaġġi qed jissuġerixxu li l-vot, jekk isir, ser ikun wieħed viċin ħafna. Bil-lingwa u t-tradizzjonijiet tagħhom, il-Katalani diġa’ għandhom awtonomija kbira pero’ fir-reġjun, li huwa wieħed mill-aktar sinjuri fi Spanja, hemm tħassib li ħafna mid-dħul tat-taxxa tiegħu tmur għal Madrid. F’Novembru elfejn u erbatax, Katalunja organizzat konsultazzjoni mhux uffiċjali dwar l-indipendenza u madwar tmenin fil-mija ta’ dawk li vvutaw appoġġjawha. Minkejja dan, il-parteċipazzjoni kienet relattivament baxxa u l- Qorti Kostituzzjonali kienet ddikjaratu llegali.