Saret mixja kommemorattiva fl-Imtarfa biex jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità, fit-tlieta ta’ Diċembru li ġej. Għal din il-mixja kien hemm preżenti l-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia.
Din l-inizjattiva għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet u l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità fil-komunità tagħna filwaqt li tiftaħ ġimgħa ta’ attivitajiet ippreparati mill-ministeru u l-entitajiet tiegħu, immirati biex iqajmu kuxjenza dwar l-inklużjoni f’pajjiżna.
Se jkun imniedi r-Rapport tal-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs, li jinkludi ilmenti li rċeviet is-sezzjoni tal-investigazzjonijiet tas-CRPD minn persuni b’diżabilità li jħossuhom diskriminati fuq il-bażi tad-diżabilità tagħhom. Se jittelgħu żewġ konferenzi nazzjonali, kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex.
Dwar dan ikkummentat il-Ministru Farrugia.
“Din il-mixja kienet waħda simbolika imma li tibgħat messaġġ b’saħħtu favur l-inkużjoni, u kif dan il-pajjiż, jista jkun wieħed inklussiv, persuni b’diżabilita’ li jattendu fiċ-ċentri ta’ matul il-jum fl-Imtarfa li kienu magħna għal din il-mixja li timmarka l-bidu tal-ġimgħa tad-Diżabilita’ u nkomplu nfasslu l-pjanijiet li għandha Malta biex tkompli tagħmel aktar riformi f’dan is-settur.”