L-Erbgħa, f’Malta tfakkar il-Jum Ewropew tal-Lingwi li sar ġewwa il-Kulleġġ ta’ San Injazju, fl-Iskola Medja Tal-Ħandaq. Dan il-jum li huwa organizzat mill-Kunsill tal-Ewropa, ikun iċċelebrat sabiex jiċċelebra d-diversità lingwistika fl-Ewropa u lil hinn. Din iċ-ċelebrazzjoni ġietorganizzata mill-Aġezija Nazzjonali tal-Litteriżmu u l-kumpanja Living Languages tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Wara din iċ-ċelebrazzjoni, ġew ippremjati r-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet ta’ disinn ta’ T-shirt u ta’ muntaġġ ta’ film. Fl-istess okkażjoni, l-istudenti tal-Iskola Medja, Tal-Ħandaq qraw djalogi b’lingwi differenti u stejjer li kitbu huma bil-Malti. Tfal tal-ħames sena tal-Iskola Primarja tal-Kalkara kantaw ‘Hello song’ f’diversi lingwi, filwaqt li dawk it-tfal tal-istess sena mill-Iskola Primarja tal-Isla kantaw kanzunetta bl-alfabett bil-lingwa tas-sinjali u kanzunetta bl-Ispanjol.
L-istudenti li jattendu l-Iskola tal-Isport ta’ Pembroke qraw siltiet sportivi b’erba’ lingwi differenti. B’din il-wirja ta’ talenti, dawn l-istudenti riedu jwasslu l-messaġġ li minkejja li nitkellmu b’lingwi differenti, xorta waħda nistgħu nifhmu lil xulxin.