Il-Jum Dinji Bipolari jiġi ċċelebrat kull sena fit-30 ta’ Marzu, għeluq snin Vincent Van Gogh, li huwa maħsub li kellu Diżordni Bipolari.
L-iskop tal-Jum Dinji Bipolari huwa li niftakru li dawk li għandhom diżordni bipolari jistgħu jiksbu affarijiet kbar u jfakkruhom li mhumiex waħedhom.
Minkejja d-dijanjosi, meta dawn l-individwi jkunu fuq trattament huma kapaċi jgħixu ħajja sħiħa u ta’ suċċess.
Id-Diżordni Bipolari hija kundizzjoni mentali li ġġib magħha burdati severi għoljin u baxxi u bidliet fl-irqad, l-enerġija, il-ħsieb u l-imġiba. Nies li għandhom Diżordni Bipolari jista ‘jkollhom perjodi li fihom iħossuhom kuntenti żżejjed u enerġizzati, u drabi oħra ta’ dwejjaq kbar, bla tama, u kajmani. Bejn l-għoljin u l-baxxi, normalment iħossuhom normali.
L-għan tal-Jum Dinji Bipolar din is-sena hija li tipprovdi aktar għarfien dwar din id-diżordni u turi lill-pubbliku li individwi li jgħixu biha huma aktar mid-djanjożi tagħhom.
Be Positive Self Help Group Malta torganizza laqgħat kull tieni Ġimgħa tax-xahar fil-Kappella Russa fil-Palazz tal-President f’Ħal Balzan.
Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett wieħed għandu jagħmel kuntatt ma’ Be Positive – Bipolar Self Help Malta fuq Facebook, jibgħat imejl fuq selfhelp@bipolarmalta.org jew inkella jżur is-sit www.bipolarmalta.org