Fl-aħħar jiem, fil-Belt Valletta nxtelgħet il-Menorah ta’ Ħanukkah, avveniment kulturali u spiritwali organizzat mill-Chabad ta’ Malta, taħt it-tmexxija ta’ Rabbi Chaim u Mushka Segal.
Iċ-ċerimonja rriflettiet l-essenza ta’ Ħanukkah, storja bibblika ta’ reżiljenza, fidi u tama quddiem sfidi kbar.
Rabbi Chaim Segal xegħel il-Menorah akkumpanjat minn innijiet tradizzjonali u logħob tan-nar. Fl-isfond storiku tal-Belt Valletta, l-avveniment fakkar il-messaġġ universali ta’ Ħanukkah: li anke fjamma waħda tista’ tegħleb l-akbar dlam.
Għal din l-okkażjoni kien hemm il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg u l-Ministru Owen Bonnici.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/01/02141323/WhatsApp-Image-2025-01-02-at-2.05.56-PM-3-1024x682.jpeg)