Fid-dawl ta’ rapporti riċenti dwar serq ta’ flus minn ATMs bl-użu ta’ karti ta’ kreditu, il-Pulizija qed tavża lill-pubbliku biex tieħu ħsieb meta tagħmel użu minn ATM u biex tiċċekkja r-rendikont bankarju.
F’messaġġ mtella’ fuq Facebook, il-Pulizija qalet li meta wieħed jinduna bi tranżazzjoni mhux awtorizzata, kemm bis-saħħa tar-rendikont bankarju jew b’messaġġ fuq il-mowbajl, wieħed għandu javża b’mod immedjat lill-Bank u kif ukoll jagħmel rapport mal-Pulizija.
Il-Pulizija temmet billi qalet li bħalissa qed jikkordinaw mal-banek madwar Malta u Għawdex b’rabta ma’ dawn il-każijiet u qed jaħdmu flimkien biex iwaqqfu lil min qed iwettaq dawn ir-reati.